Aqbeż għall-kontenut

Dwarna

L-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hija l-entità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-proprjetà f’żoni reġistrabbli u amministraturi tal-condominia fil-Gżejjer Maltin. 
Dwarna

Funzjonijiet u Servizzi

Funzjonijiet Ewlenin:

Twettiq tal-verifika inizjali (skrutinju) fuq l-applikazzjonijiet kollha relatati mal-proprjetà, inklużi reġistrazzjonijiet, trasferimenti, u tfittxijiet uffiċjali.

Immaniġġjar tal-pagamenti tal-applikazzjonijiet kollha.

Ħruġ ta' dokumenti uffiċjali bħal ċertifikati tat-titli.

L-Istorja tar-Reġistrazzjoni tal-Art f'Malta

1982 2003 2019
Il-Ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann

Il-Ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann

Żviluppi bikrija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi amministrattivi għar-reġistrazzjoni tal-proprjeta’ inkluż għotjiet tal-art u enfitewsi. Is-sistema ‘Cabreo’ (inventarji tal-entitajiet korporattivi) u n-noti ‘Bando’ jistabbilixxu forom ta’ kjarifikazzjoni ta’ titolu ta’ ċerti entitajiet.

Interludju Franċiż

Interludju Franċiż

Introduzzjoni tal-kunċett tal-"Libri delle Notifiche" (Reġistri tan-Notifikazzjonijiet) minn Napuljun – promozzjoni ta’ insinwar ta’ kuntratti notarili fil-qosor – pass bikri lejn sistema aktar organizzata għar-reġistrazzjoni ta’ transazzjonjiet relatati mal-proprjeta’.

Il-Perjodu tal-Ħakma Kolonjali Brittanika

Il-Perjodu tal-Ħakma Kolonjali Brittanika

Bidu tal-kompilazzjoni ta’ rekords relatati ma’ proprjeta’ immobbli, li aktar ‘il quddiem saru parti mir-Reġistru Pubbliku.

Il-Perjodu tal-Ħakma Kolonjali Brittanika

Il-Perjodu tal-Ħakma Kolonjali Brittanika

It-twaqqif uffiċċjali tar-Reġistru Pubbliku. Il-funzjoni prinċipali ta’ dan ir-Reġistru fir-rigward tal-art kienet l-inklużjoni tal-kuntratti notarili (atti) relatati mal-proprjeta’ immobbli, f’forma mqassra. Din kienet sistema ta’ reġistrazzjoni tal-atti.

Malta Wara l-Indipendenza

Malta Wara l-Indipendenza

Id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (Kapitolu 296 tal-Liġijiet ta’ Malta, oriġinarjament Att XXXV tal-1981). Dan l-Att waqqaf ir-Reġistru tal-Artijiet bħala entità distinta, introduċa sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ titoli tal-art b’referenzi għall-mapep (pjanti kadastrali) għar-reġistrazzjoni ta’ proprjetajiet, bl-għan li jipprovdi sigurtà garantita għall-proprjetarji ta’ proprjetajiet reġistrati.

Malta Wara l-Indipendenza

Malta Wara l-Indipendenza

Id-dħul fis-seħħ tal-Att li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (Att Nru. VII tal-1995).
Dan l-Att emenda b’mod sinifikanti l-Att oriġinali tal-1981 dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet, fejn is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-proprjeta’ tal-art ġiet ukoll allinjata mall-Liġi Ċivili ta’ Malta fil-qasam tal-proprjetà. Tnedija u implimentazzjoni inizjali tas-sistema LRCS (Land Registration Computer System). Din is-sistema kkompjuterizzata immodernizzat is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-art permezz ta’ teknoloġija avvanzata tal-mapep. 

Sħubija fl-UE

Sħubija fl-UE

Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. Is-sħubija kellha implikazzjonijiet bħall-konformità mal-istandards u direttivi maħruġa mill-UE matul iż-żmien inkluż dawk relatati ma’ dejta spazjali. L-Emendi tal-Att Dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet – Att Nru XIII tal-2004, Taqsima VIII kompliet il-proċess għat-tisħiħ tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Twaqqif tal-Aġenzija

Twaqqif tal-Aġenzija

Fl-2019, permezz ta’ Avviż Legali 4 tal-2019 ġiet imwaqqfa l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet sabiex twettaq il-funzjonijiet u dmirijiet rigward ir-Reġistrazzjoni tal-art u Reġistrazzjoni tal-Condominium.

  • 1530 – 1798
  • 1798 – 1800
  • 1863
  • 1889 (it-3 ta' Awwissu)
  • 1981
  • 1995
  • 2004
  • 2019

Qafas Legali

L-Aġenzija Għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet topera taħt leġislazzjonijiet ewlenin li jirregolaw ir-reġistrazzjoni tal-art f’Malta u li jinkludu:

L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet (Kap 296) 

Jistabbilixxi l-qafas għar-reġistrazzjoni tal-art, u jiżgura r-rikonoxximent legali tat-titoli tal-proprjetà.

Kodiċi Ċivili
(KAP 16)

Ikopri d-drittijiet tal-proprjetà, it-trasferimenti, u l-obbligi tas-sidien tal-art.

Att dwar il-Kondominji
(KAP 398)

Jirregola l-koproprjetà ta' partijiet komuni, ir-reġistrazzjonijiet tal-amministraturi u r-regoli tal-kondominju

Mistoqsijiet Frekwenti

L-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet tinsab f'dan l-indirizz:

Malta:
116, Casa Bolino, Triq il-Punent,
Il-Belt Valletta

Għawdex:
Level 5, Tigrija Palazz, Triq ir-Repubblika,
Victoria