Qafas Legali tal-Condominia
L-Att dwar il-Condominia (Kap 398 tal-Liġijiet ta’ Malta) jirregola l-proprjetà, l-użu u l-amministrazzjoni ta’ bini maqsum f’unitajiet separati, bħal appartamenti li igawdu flimkien il-partijiet komuni. L-Att jistabbilixxi il-qafas legali tad-drittijiet u r-responsabiltajiet tas-sidien individwali tal-unitajiet u l-amministrazzjoni tal-partijiet komuni.
Għaliex Għandek Tirreġistra l-Condominia?
Ir-reġistrazzjoni tikkonferma l-irwol u l-awtorità tal-amministratur li jaġixxi f’isem is-sidien kollha tal-unitajiet fi kwistjonijiet relatati mal-partijiet komuni.
Ir-Reġistrazzjoni tipprovdi rekord pubbliku ċar ta’ min hu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-partijiet komuni u b’hekk tagħmilha aktar faċli għas-sidien, ix-xerrejja jew terzi persuni biex ikunu jafu lil min għandhom jikkuntattjaw.
F’każ ta’ kwistjonijiet jew tibdil fil-proprjetarju, li jkun hemm amministratur uffiċjalment reġistrat jassigura l-kontinwità u t-trasferiment xieraq tar-responsabiltajiet.
Ir-regoli reġistrati huma parti mir-rekord pubbliku, għalhekk kwalunkwe parti interessata tista’ faċilment taċċessahom u tirrevidihom qabel transazzjoni.
Kif Tirreġistra Condominia
Ħatra ta' Amministratur
Reġistrazzjoni tar-Regoli
Verifika tal-Applikazzjoni
Qafas Legali
Irreġistra Kondominju
Aġġorna d-Dettalji tal-Kondominju
Dokumenti ta' Gwida
Ara l-listi għal dak kollu li hu meħtieġ fl-applikazzjonijiet ewlenin u kun żgur li għandek kollox mħejji għal esperjenza faċli u bla problemi.
Mistoqsijiet Frekwenti
Għandek bżonn tippreżenta Formola 1 kompluta f'duplikat, flimkien ma’:
- Il-Riżoluzzjoni (il-minuti uffiċjali tal-laqgħa fejn l-amministratur inħatar).
- Pjanta tas-sit (dan huwa meħtieġ biss għall-ewwel darba li jinħatar amministratur għall-blokk).