Qafas Legali tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijijiet (Kap 296 tal-Liġijiet ta’ Malta) jirregola s-sistema għar-reġistrazzjoni tal-proprjetà, interessi jew talbiet fuq proprjetà immobbli. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jipprovdi rekord sikur u trasparenti tal-proprjeta' tal-art u b’hekk jgħin biex jitnaqqsu kwistjonijiet u jisimplifika transazzjonijiet fuq il-proprjetà.
Għaliex Għandek Tirreġistra l-Art Tiegħek?
-
- Kun żgur illi l-proprjetà tkun rikonoxxuta legalment, reġistrata b’mod sikur u protetta
- Reġistrazzjoni tipprovdi rekord pubbliku ċar ta’ min huwa s-sid tal-proprjetà u xi drittijiet jew obbligi marbuta magħha (bħal ipoteki u servitujiet)
- Jissimplifika t-tranżazzjonijiet futuri
Meta Għandek Tirreġistra l-Proprjetà Tiegħek
Kif Tirreġistra l-Art Tiegħek
1. Ipprovdi Prova tal-Proprjetà lin-Nutar
2. Ikseb Pjanta Uffiċjali tas-Sit immarkata minn Perit
3. In-Nutar Joħloq l-Applikazzjonijiet Neċessarji
4. In-Nutar Jissottometti l-Applikazzjoni
5. Verifika u Approvazzjoni tal-Applikazzjoni
6. Ħruġ ta' Ċertifikat ta' Titolu
Qafas Legali
Dokumenti ta' Gwida
Ara l-listi għal dak kollu li hu meħtieġ fl-applikazzjonijiet ewlenin u kun żgur li għandek kollox mħejji għal esperjenza faċli u bla problemi.
Mistoqsijiet Frekwenti
- Għal verifika informali: Ibgħat screenshot minn Google Maps bil-proprjetà mmarkata b’mod ċar flimkien mal-indirizz tagħha lil enquirieslandregistry@gov.mt. Aħna ngħinuk b’tweġiba mhux uffiċjali.
- Għal tfittxija uffiċjali: Trid tissottometti "Formola E" flimkien ma' pjanta tas-sit uffiċjali li tkun immarkata u ffirmata minn perit. Din is-servizz jiswa €30.