Mistoqsijiet Frekwenti
Mistoqsijiet Frekwenti – Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Tiegħek
Informazzjoni Ġenerali
L-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet tinsab f'dan l-indirizz:
Malta:
116, Casa Bolino, Triq il-Punent,
Il-Belt Valletta
Għawdex:
Level 5, Tigrija Palazz, Triq ir-Repubblika,
Victoria
Tista' tikkuntattjana bil-modi li ġejjin:
L-Uffiċċju tal-Belt Valletta
- Email: enquirieslandregistry@gov.mt
- Telefon: 25609700
Uffiċċju ta' Għawdex
- Email: enquirieslandregistrygozo@gov.mt
- Telefon: 25609600
L-Uffiċċju tal-Preżentata huwa miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:00am sal-1:00pm.
Il-ħinijiet ta' kuntatt għall-Uffiċċju Tekniku huma mit-Tnejn sal-Ħamis (b'Appuntament)
Biex tiltaqà ma’ uffiċjal speċifiku, ibgħat imejl bir-rikjesta tiegħek fuq: enquirieslandregistry@gov.mt
Ir-rikjesta tiegħek tintbgħat lill-uffiċċjal rilevanti biex isir appuntament.
Nifhmu r-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà
L-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet tirreġistra:
- Ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà għall-ewwel darba.
- Bejgħ jew trasferiment tal-proprjetà.
- Ipoteki fuq il-proprjetà, inkluż il-kanċellament tagħhom.
- Kawzjonijiet li jirrilevaw kunflitt fuq id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà.
Il-proprjetà trid tiġi rreġistrata jekk tinsab f’żona ta’ “Reġistrazzjoni Obbligatorja” u waħda minn dawn li ġejjin isseħħ:
- Qed tinxtara, tinbiegħ jew qed isir trasferiment tagħha.
- Hija maqsuma bejn diversi sidien.
- Qorti tagħti sentenza dwar min huwa s-sid.
- Jinħoloq self fuqha.
Jekk il-proprjetà tiegħek tinsab barra minn żona ta’ reġistrazzjoni obbligatorja, xorta tista’ tagħżel li titlob li tirreġistraha b’mod volontarju dehhem soġġett għad-diskrezzjoni tar-Reġistratur tal-Artijiet jaċċettax jew le.
Hemm diversi raġunijiet għal dan:
- Ma tinstabx f’żona ta’ reġistrazzjoni obbligatorja.
- Int akkwistajt il-proprjetà qabel ma ż-żona tagħha saret żona ta’ reġistrazzjoni obbligatorja.
- L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għadha ma ġietx sottomessa lill-Aġenzija.
- Hemm xi problema bl-applikazzjoni li għad trid tiġi solvuta.
Il-proċess huwa l-istess bħal meta tkun trid issir taf min hu s-sid:
- Għal verifika informali: Ibgħat mappa u indirizz lil enquirieslandregistry@gov.mt.
- Għal tfittxija uffiċjali: Ibgħat Formola E, pjanta tas-sit iffirmata minn perit, u miżata ta’ €30.
B’mod ġenerali, le. Madankollu, dan jista’ jkun possibbli f’ċirkostanzi speċjali, bħalma huma jekk nutar jagħmel talba speċjali li tiġi approvata mir-Reġistratur tal-Artijiet jew u jekk dan jiġi ordnat minn Qorti.
Iva, tista’ tagħżel li tirreġistraha. In-Nutar tiegħek jista’ jieħu ħsieb din ir-reġistrazzjoni volontarja għalik.
Le. Aħna nirreġistraw biss titli fejn wieħed huwa s-sid. Ftehimiet ta’ kiri, inkluż dawk għal art agrikola, ma jistgħux jiġu rreġistrati fl-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.
Il-Proċess ta’ Reġistrazzjoni u d-Dokumenti
- Għal verifika informali: Ibgħat screenshot minn Google Maps bil-proprjetà mmarkata b’mod ċar flimkien mal-indirizz tagħha lil enquirieslandregistry@gov.mt. Aħna ngħinuk b’tweġiba mhux uffiċjali.
- Għal tfittxija uffiċjali: Trid tissottometti "Formola E" flimkien ma' pjanta tas-sit uffiċjali li tkun immarkata u ffirmata minn perit. Din is-servizz jiswa €30.
Formola E hija l-formola uffiċjali li tintuża meta jkollok bżonn tagħmel tfittxija biex tkun taf jekk proprjetà hijiex irreġistrata jew tinsab f’żona ta’ reġistrazzjoni. Din trid tiġi sottomessa flimkien ma' pjanta tas-sit għal kull tfittxija uffiċjali.
Biex tirreġistra l-propjetà tiegħek, in-Nutar tiegħek irid jissottometti:
- Id-dokument li juri kif akkwistajt il-proprjetà (eż. l-atti tal-bejgħ jew testment).
- Pjanta tas-sit uffiċjali, immarkata u ffirmata minn perit.
- Il-formola applikabbli (A, B, C, jew D), iffirmata minn Nutar tiegħek.
Il-perit tiegħek hu responsabbli biex jipprepara l-pjanta tas-sit skont ir-regoli legali speċifiċi. Il-pjanta trid turi b’mod ċar il-post eżatt, id-daqs, u l-konfini tal-proprjetà. Il-perit irid jiffirma l-verżjoni finali tal-pjanta.
Tista' tordna waħda online minn www.landregistryplans.gov.mt. Il-websajt għandha vidjo li jispjega kif dan jista' jsir. Il-ħlas isir bil-kard.
Pjanta tas-sit uffiċjali tiswa €6 għal kull pjanta ordnata.
Wara li Tapplika
In-Nutar tiegħek jingħata numru ta’ referenza għall-applikazzjoni tiegħek (eż. LRA 1234/2024). Ikollok bżonn dan in-numru biex tistaqsi dwar l-istatus. Jekk jogħġbok itlob dan in-numru minn Nutar tiegħek qabel ma tikkuntattja l-Aġenzija.
Biex tiċċekkja l-istatus, jekk jogħġbok ibgħat imejl fuq enquirieslandregistry@gov.mt bl-indirizz komplut tal-proprjetà, l-isem tan-Nutar li ssottomettieha, u d-data tas-sottomissjoni.
Jekk hemm xi problema, aħna nikkuntattjaw direttament lin-Nutar jew lill-perit ikkonċernat. Huwa importanti li tibqa’ f’kuntatt magħhom biex tassigura li kwalunkwe kwistjoni tinħaddem malajr.
Tista’ titlob kopja billi tibgħatilna email fuq enquirieslandregistry@gov.mt. Il-miżati huma:
- €5 għal ċertifikat ta’ mhux iktar minn 5 paġni.
- 50 ċenteżmu għal kull paġna addizzjonali.
- €1 għal kull pjanta ta’ daqs A3 inkluża.
Iva. Il-kopji jiswew 50 ċenteżmu għal kull paġna A4 u €1 għal kull paġna A3.
Ir-Rwol u l-Ħatra tal-Amministratur
Ir-rwol ewlieni tagħna huwa li nibqgħu nżommu reġistru pubbliku uffiċjali u aġġornat tal-:
- Il-kondominji kollha fejn hemm amministraturi maħtura.
- Ir-regoli tal-kondominju.
- Annotazzjonijiet, regoli jew dokumenti oħra, relatati mal-istess kondominju.
Id-doveri prinċipali tal-amministratur huma li:.
- Jwettaq id-deċiżjonijiet li jagħmlu l-propjetarji waqt il-laqgħat tagħhom.
- Jimmaniġġja l-ispazji komuni (bħall-liftijiet, it-taraġ u s-soqfa) għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
- Jikkalkula u jiġbor il-ħlas tal-manutenzjoni mingħand il-propjetarji kollha.
- Jieħu ħsieb u jipproteġi l-partijiet komuni tal-bini.
- Jżomm ir-rekords finanzjarji u jippreżentahom lill-propjetarji.
- Jorganizza l-assigurazzjoni tal-bini jekk il-propjetarji jaqblu magħha.
- Irranġa għal assigurazzjoni tal-bini jekk is-sidien jaqblu.
- Jindirizza kwalunkwe kompitu ieħor meħtieġ għat-tmexxija tajba tal-bini.
- Iva, jekk hemm aktar minn tliet units: Jeħtieġ li jinħatar amministratur. Jekk il-propjetarji ma jaqblux dwar min għandhom jaħtru, il-kwistjoni tgħaddi għall-arbitraġġ.
- Le, jekk hemm tliet units jew inqas: Il-propjetarji jistgħu jmexxu il-blokk flimkien, sakemm ma jaqblux kollha li jinħatar amministratur minflok.
- Għandha tissejjaħ laqgħa ġenerali għal kull propjetarju.
- Amministratur jinħatar jekk il-propjetarji li għandhom żewġ terzi tal-ishma jivvutaw favur.
- Jekk din il-maġġoranza ma tintlaħaqx: Tissejjaħ laqgħa oħra ġimgħa wara. F’din il-laqgħa, maġġoranza sempliċi ta’ dawk preżenti hija biżżejjed biex jinħatar l-amministratur.
- Għal bini b’ tliet units jew inqas, il-propjetarji jistgħu jagħżlu li jamministraw flimkien.
- Għal bini b’ aktar minn tliet units, amministratur wieħed biss jista’ jinħatar.
Il-Proċess tar-Reġistrazzjoni tal-Amministratur
Għandek bżonn tippreżenta Formola 1 kompluta f'duplikat, flimkien ma’:
- Il-Riżoluzzjoni (il-minuti uffiċjali tal-laqgħa fejn l-amministratur inħatar).
- Pjanta tas-sit (dan huwa meħtieġ biss għall-ewwel darba li jinħatar amministratur għall-blokk).
Iva. Għal reġistrazzjoni tal-ewwel darba, trid tinkludi wkoll pjanta uffiċjali tar-Reġistrazzjoni tal-Art li juri b’mod ċar il-lokazzjoni tal-kondominju. Din il-pjanta m’hemmx bżonn li tkun iffirmata minn perit. Tista’ tordna pjanta online fuq www.landregistryplans.gov.mt.
- Obbligatorju: Dejjem trid tippreżenta Formola 1 (f'duplikat u ffirmata mill-amministratur) u r-Riżoluzzjoni Oriġinali ffirmata minn mill-inqas żewġ terzi tal-propjetarji. Dan japplika kemm għall-ħatra għall-ewwel darba, kif ukoll għall-bidliet jew ħatriet mil-ġdid.
- Fakultattiv: Jekk il-kondominju għandu regoli uffiċjali, tista’ tirreġistrahom billi tippreżenta Formola 2 (f'duplikat). Ir-regoli għandhom ikunu ffirmati minn kull propjetarju preżenti fil-laqgħa.
Tista’ tissottometti l-applikazzjoni kemm personalment fl-uffiċċju tagħna jew bil-posta. Ftakar, id-dokumenti kollha għandhom ikunu f’duplikat u kull paġna trid tkun iffirmata mill-amministratur.
Il-miżata hi €5 għal kull appartament jew unit fil-kondominju. L-istess miżata tapplika jekk qed tissottometti wkoll ir-regoli tal-kondominju għar-reġistrazzjoni. Il-ħlas għandu jsir billi tagħti ċekk f’isem "Land Registration Agency".
Kwistjonijiet u Bidliet
L-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Art ma tinvolvix ruħha f’tilwim bejn il-propjetarji. F’każ ta’ kunflitti, tista’ tikkuntattja ċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ (33, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta) jew tfittex parir legali privatament.
Jekk tixtieq tirriżenja, trid:
- Issejjaħ laqgħa għall-propjetarji biex jinħatar amministratur ġdid.
- Jekk il-propjetarji ma jistgħux jaqblu, tista’ tirreferi l-kwistjoni għal arbitraġġ.
- Ir-riżenja tiegħek tkun uffiċjali biss meta jinħatar amministratur ġdid tintbagħat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu lilna. Ir-rekords tagħna jiġu aġġornati biss bid-dettalji tal-amministratur il-ġdid.